Fr Martin Micallef OFMCap

Article which appeared on il-Gensillum on Saturday16 October

Pinzellati li Jgeghluk Tahseb u Tixthar

Il-film The Passion of the Christ ghadu frisk fil-memorja ta’ hafna minna. Niftakru l-kontroversji li gab mieghu dan il-film minhabba li l-messagg li pprova jwassal Mel Gibson kien wiehed marbut ma’ tant dmija u demm itir. Xeni orribli, wahda wara l-ohra li jaqtghulek nifsek sakemm tasal fl-ahhar!

Ftit xhur wara dan il-film, fil-gzejjer taghna ghandna l-opportunità li nergghu nharsu lejn ir-rakkont tal-passjoni u l-mewt ta’ Gesù mhux fuq il-lizar tac-cinema, imma fuq serje ta’ 14-il tila mpittrin mill-pittur zaghΩugh Malti, Fabio Borg.

Jekk Mel Gibson hasad lil hafna nies bl-interpretazzjoni li ta tal-passjoni u l-mewt ta’ Gesù, xejn inqas ser jigri minn dawk li ser imorru l-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti, fil-Belt Valletta sabiex izuru lil din il-wirja li ser tibqa’ miftuha sat-22 ta’ Ottubru.

F’dawn l-14-il kwadru, Fabio tana l-interpretazzjoni personali tieghu tar-rakkonti tal-passjoni u l-mewt ta’ Gesù skond kif jirrakkontahom ir-Raba’ Evangelista. L-istil ta’ din il-pittura hu wiehed kontemporanju, u ghal dawk li mhumiex midhla ta’ din it-tip ta’ arti, ser jinhasdu. Dan ghaliex hawn mhux ser naraw demm itir, slaleb, kuruni tax-xewk, flagelazzjoni, suldati rumani jew il-personaggi marbuta ma’ din il-grajja, kif soltu naraw f’pitturi ohra li jirrapprezentaw dak li naqraw fil-pagni ta’ l-Evangelju. Minflok, Fabio tana xi haga totalment differenti.

Malli thares lejn dawn is-sett ta’ pitturi, l-ewwel ma tara huma kaxxex ta’ qisien u kuluri differenti, ticpis ta’ kuluri, bicciet ta’ xkejjer akkumpanjati minn strixxi zghar tad-deheb. Dan kollu facilment li ma’ l-ewwel daqqa t’ghajn jahsadna. Imma ghal dawk li japprezzaw l-arti kontemporanja u ghandhom hjiel tat-teologija tar-Raba’ Evanangelju, ser ikunu jistghu joghxew quddiem dawn l-14-il kwadru li jesprimu b’mod tassew sabih l-isem ta’ din il-wirja, Emotions and Passion.

Fabio irnexxielu jidhol fil-qalba tal-kapitlu 13-19 tar-Raba’ Evangelju, u b’mod tassew passjonali u uniku irnexxielu jaqra s-simbolizmu li jiddetermina l-messagg ta’ dawn il-pagni ta’ l-Evangelju. Min-narrazzjoni ta’ dan l-Evangelju tant ghaziz ghal Knisja, Fabio tana espressjoni ohra ta’ arti mhux aktar f’forma ta’ narrazzjoni imma f’forma vizwali li thalli spazzju berah ghall-ermenewtika jew ghall-interpretazzjoni personali.

Nixtieq hawn nikkoncentraw biss fuq wahda minn dawn il-pitturi li qed tigi esebiti f’din il-wirja. L-ghan taghna hawn hu li nippruvaw nghinu lil dawk kollha li jmorru jzuru din il-wirja sabiex japprezzaw aktar il-qawwa tal-messagg li hemm wara din is-serje ta’ pitturi. Il-pittura li ser inharsu lejha hawn iggib l-isem ta’ Red Square.

Meta thares lejn din il-pittura, mall-ewwel tinduna ir-raguni ta’ l-ghazla ta’ dan l-isem. Il-pittura hija ddominata mill-kulur ahmar fi skali differenti mahdum b’teknika varjata. Il-pittura tirrapprezenta l-episodju tal-hasil tar-riglejn li nsibuh irrakkuntat biss fir-Raba’ Evangelju, eΩattament fil-bidu tal-kapitlu 13.

Ir-Raba’ Evangelista ma jaghtiniex it-twaqqif ta’ l-Ewkaristija fl-ahhar cena bhalma nsibu fl-Evangelji Sinottici. Minflok, huwa tana dan ir-rakkont sabih tal-hasil tar-riglejn, li hu mimli simbolizmu u teologija. Sa mill-ewwel vers ta’ dan ir-rakkont, l-Evangelista jinfurmana li dak li Gesù kif ser jaghmel mad-dixxipli tieghu kien espressjoni ta’ mhabba: “Qabel il-festa ta’ l-Ghid, billi kien jaf Gesù li waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier, hu, li kien habb lil tieghu li kienu fid-dinja, habbhom ghall-ahhar” (Gw 13:1).

F’kelma o˙ra, fil-gest simboliku tal-hasil tar-riglejn, Gesù kien qed janticipa u jfisser l-imhabba tieghu li kellha tintwera fil-mewt tieghu fuq is-salib. Huwa dan il-hsieb li ispira l-ghazla tal-kulur ahmar li jiddomina f’Red Square. Fil-kultura kontemporanja, il-kulur ahmar jintuza biex jesprimi l-imhabba. Hekk, per ezempju, fil-festa ta’ San Valentino kollox donnu jinbidel f’dan il-kulur. Hekk ukoll hawn. Il-parti ta’ fuq ta’ Red Squaremaghmula minn ahmar maghqud sewwa flimkien jirraprezenta l-imhabba ta’ Gesù Kristu lejn id-dixxipli tieghu.

In-naha t’isfel ta’ din il-pittura huwa miksi minn dbabar ta’ sfumaturi differenti tal-kulur ahmar. Dan jirrapprezenta l-ilma li Gesù tefa fuq riglejn id-dixxipli biex permezz tieghu jaghtihom “sehem” (ara Gw 13:8) minn dak li kellu jghaddi minnu Gesù stess.

L-ahmar massig li jiddomina in-naha ta’ fuq ta’ Red Squareu d-dbabar homor fuq in-naha t’isfel ta’ din il-pittura huma mifrudin minn xulxin b’serje ta’ kaxxex ta’ qisien differenti u ta’ sfumaturi differenti li mall-ewwel jolqtu l-ghajn meta thares lejn din il-pittura. L-uzu tal-kaxxex huma parti integrali mit-teknika li Fabio Borg uza f’din is-serje ta’ pitturi. Permezz taghhom, Fabio ried juri aspetti differenti mill-personalità ta’ Gesù kif inhu pprezentat fil-pagni ta’ l-Evangelju.

Ma tistax ma tinnutax hawn l-uzu ta’ bicciet ta’ xkejjer imwahhlin ma’ xi whud minn dawn il-kaxex. F’kuntrast mal-porpra li  kienu jilbsu s-sinjuri (ara Lq 16:19), l-ixkejjer huwa materjal li kienu jilbsuh in-nies fqar. L-uzu tieghhom, mela, f’Red Square, jirrapprezenta l-faqar u l-umiltà ta’ Gesù Kristu f’dan il-gest tal-hasil tar-riglejn. Kien dan il-gest, fil-fatt, li skandalizza lil Pietru li ma riedtx ihalli lil Gesù jahsillu riglejh (ara Gw 13:8-9).

Imma din l-umiltà ta’ Gesù ma kinetx xi haga sforzata jew imposta fuqu. Imma din kienet ir-rizultat ta’ l-imhabba tieghu li ntweriet fuq is-salib u li digà kienet qed tigi mhabbra fil-gest tal-hasil tar-riglejn. Dan kollu hu mfisser fiz-zewg kaxxex centrali ta’ din il-pittura li huma mrikbin fuq xulxin. Il-kaxxa ta’ fuq hija maghmula minn ahmar jghajjat li jirrapprezenta l-imhabba ta’ Gesù li ta hajtu ghal dawk li huwa habb. Il-kaxxa ta’ tahtha li tmiss maghha, imbaghad, hija maghmula mill-ixkejjer. Fiha, Fabio qed juri li din il-mewta ta’ Gesù kienet mewta umli “skandlu ghal-Lhud u bluha ghal-Pagani” (1 Kor 1: 23)

Izda meta nuzaw il-kelma “umiljazzjoni” fil-kontenut tan-narrattiva tar-Raba’ Evangelista, irridu noqghodu attenti. Dan ghaliex ir-Raba’ Evangelista meta jigi biex jirrakkonta l-passjoni u l-mewt ta’ Gesù qaghad b’sebgha mitt ghajn biex jelimna t-tracci ta’ l-umiljazzjoni li nsibu fir-rakkonti ta’ l-Evangelji l-ohra. F’dan l-Evangelju, per ezempju, ma naqrawx li s-suldati bezqu fuq wicc Gesù, l-anqas ma naqraw bl-gharaq tad-demm jew bl-agunija ta’ Ìesù fil-gnien taz-Zebbug, lanqas ma nsibu t-tghajjir taht is-salib ta’ Gesù. Minflok dawn l-aspetti ta’ umiljazzjoni, ir-Raba’ Evangelista jurina lil Gesù b˙ala Sultan. Il-passjoni hija pprezentata hawn bhala l-glorifikazzjoni u l-ezaltazzjoni ta’ dan is-sultan.

Dan l-element ta’ glorja mhuwiex nieqes mill-pittura ta’ Fabio Borg. Jekk niflu sewwa l-parti centrali ta’ Red Squarenaraw li t-tarf tal-kaxxex huwa akkumpanjat minn strixxi tad-deheb. Id-deheb huwa materjal li jintuza hafna fl-ornamenti tar-rejiet. Ghar-Raba’ Evangelista, Gesù hu Sultan: Sultan fuq is-salib li hu t-tron tieghu. Imma dan jista’ jifhmu u jarah biss min jemmen u min ghandu l-kapacità li jinterpreta l-ironija li biha hija akkumpanjata din il-grajja f’dan l-Evangelju.

Huwa ghalhekk li id-deheb f’Red Square ma jiddominax din il-pittura. Minkejja l-bicctejn deheb li l-artist uΩa fil-periferija ta’ din il-pittura, il-prezenza sottili ta’ dan il-materjal johrog b’forza l-messagg qawwi tar-Raba’ Evnagelista. Is-sultan li ta hajtu ghan-naghag tieghu qed jiehu postu fuq it-tron tieghu: is-salib. Imma ghal dawk li ma jemmnux, dan kollu deher bhala l-falliment ta’ semplici bniedem li qal li kien is-sultan tal-Lhud.

Imma ghal dawn li jemmnu l-istorja hija hafna differenti! Hekk ukoll nistghu nghidu ghal dawk li jharsu lejn il-pittura ta’ Fabio. Huma dawk li ghandhom ghajnejn biex jinterpretaw din l-espressjoni artistika li jistghu jifhmu l-mod profond li bih dan l-artista esprima t-teologija tar-Raba’ Evangelista.

Red Square hija biss wahda minn dawn il-pitturi li tistieden ghal meditazzjoni fuq it-tifsira tat-tbatija u l-mewt ta’ Gesù kif jipprezentaha r-Raba’ Evangelista li hu wkoll artista mhux tal-pinzell bhalma hu Fabio Borg, imma artista tal-pinna li hallielna rakkont straordinarju biex permezz tieghu ahna wkoll nemmnu li “Gesu hu l-Messija l-Iben ta’ Alla” (ara Gw 20:31).


 

Copyright Fabio Borg 2006
Webdesign: m7alpha Design Studios